it-Torca - Il-Hadd 31 ta' Mejju 2009
M’hijiex sewwa-sew htija tieghi li hemm min, fosthom il-karikaturisti, ipingini bhala biza ta' Dr Gonzi.
Jiena dejjem ippruvajt nghid il-verita’ fid-dawl ta' ricerka onesta li naghmel fil-qasam li nifhem fih, jigifieri l-ekonomija. Kif naraha jien, u ta' dan xbajt naghti provi, il-pajjiz ilu jehtieg qawmien ekonomiku kif jixraqlu.
Tistaghgeb li jekk Dr Gonzi ma jaghtix kas x'jghidulu l-esperti, l-esperti jkollhom iduru kontrih? lmma l-PN mhux din biss ma nizzilx dwari, imma li hrigt bhala kandidat ghall-elezzjoni Ewropea mal-Partit Laburista, il-partit li fdani, mhux biss bhala expert fl-ekonomija imma bhala briedem li jghid u jistqarr dak li tassew ihoss, bla habi u minghajr pregudizzju. Fuq kollox, il-Partit Laburista huwa mehtieg ghal Malta ghax minghajru u jekk ma jqumx wahda sew fuq riglejh, tbati s-sistema demokratika hawn Malta u mat-tigrif taghha jkollna herba ekonomika u socjali.
Wara t-telfa li garrab il-PL is-sena l-ohra, il-PN beda jahseb li jista' jaghmel li jrid fil-pajjiz. Huwa fatt sagrosant. Jafu kulhadd u ma jista' jichdu hadd. Jekk il-PL ma jsibx 1-ghajnuna tan-nies kollha ta' rieda tajba, pajjizna jitlaq b'girja wahda lejn id-dittatura. Jekk thares lejn l-imgieba ta' xi ministri tal-kabinett ta' Gonzi malajr tintebah x'qed nghid.
Insemmi ftit ezempji. F'Settembru li ghadda harget l-ahbar li 20,000 email passwords mis-server tal-gvern waqghu f'idejn nies li tqabbdu jisirquhom minn xi hadd li s'issa qed jahseb li mhux maghruf . Fost dawn kien hemm dawk tal-Pulizija, tal-Forzi Armata, tal-gudikatura u tal-parlamentari.
Il-Ministru responsabbli minn dal-qasam, l-Onorevoli Austin Gatt qara rapport fil-parlament li kkonferma li s-serqa sehhet b'success u damet ma nkixfet tliet xhur shah. X'sar minn dakinhar '1 hawn biex tissewwa dil-qaghda tal-biki? Ftit wara kellna incident iehor marbut ma' dit-teknologija. Is-segretarju generali tal-PN, Pawlu Borg Olivier baghat, bi zball, messagg elettroniku lis-segretarju tal-PL, li fih kien hemm xhieda cara u tonda ta' kif il-gvern ta' Gonzi jahdem b'mod mhux xieraq mal-PN bhala partit politiku. X'gara wara dan l-iskandlu? Ittiehed imqar l-icken pass biex tissewwa l-qaghda?
Li ghandna llum hija diskriminazzjoni sfaccata kontra nofs il-poplu, jigifieri dawk li ma vvutawx lil GonziPN u preferenzi daqstant iehor sfaccati favor dawk ta' gewwa nett. Saqsi lil min trid u tara jaqbilx mieghi. Din hija aghar mill-kazi l-ohrajn, ghax din m'hijiex kaz imma attitudni li tlewwen il-politika kollha u r-relazzjonijiet pubblici kollha tal-gvern. Aqra l-gurnali, ifli dak li jiktbu l-propagandisti ewlenin ta' GonziPN u tara b'liema mod degradanti jitkellmu dwar dawk li m'humiex maghrufin bhala segwaci ta' GonziPN. Kieku kienu qieghdin jiktbu dwar nies ta' razza differenti kienu jitqiesu bhala qieghdin jikkommettu reat razzist.
Il-htija ta’ din id-diskriminazzjoni klassista hija kollha tal-magna propagandista ta' GonziPN immexxija minn nies li lanqas biss kienu eletti mill-poplu u ghalhekk m'ghandhom l-ebda qima lejn is-sistema demokratika. lr-rwol tieghi fil-Partit Laburista hu li nghin biex din id-diskriminazzjoni tingheleb u pajjizna jerga' jibda jara d-demokrazija tahkem fl-oqsma kollha tal-hajja u tghin, kif taghmel dejjem fit-trawwim u t-tkabbir ekonomiku.
Jiena staghgibt kemm laqghuni l-laburisti, minn fuq s'isfel, malli saru jafu li jiena lqajt l-istedina li nohrog bhala kandidat ghall-elezzjoni Ewropea f'isem il-Partit Laburista.
Din il-laqgha sabiha li tawni jiena nfissirha bhala x-xewqa tal-laburisti li jharsu '1 quddiem b’tama li pajjizna ghadu ma tilifx kollox bhalma qieghdin ibassru xi osservaturi politici. B'rieda tajba nistghu nahdmu id f'id ghall-gid tal-pajjiz u tac-cittadini kollha bla distinzjoni u minghajr diskriminazzjoni.
Fl-istess hin, jekk il-laburisti ferhu bil-kandidatura tieghi, hekk ghamlu wkoll dawk kollha, mhux bilfors mill-kamp luburista, ghax jafuni bhala bniedem li jqieghed l-ewwel u qabel kollox il-moderazzjoni, il-komprensjoni, u l-gid tal-pajjiz kollu.
Ma nistaghgibx, izda l-ahhar fehma tinkwieta lill-propagandisti horox ta' GonziPN li mohhhom biss biex ipingu lill-Partit Laburista bhala wiehed maghmul minn qatta’ xjaten kif kien irnexxielhom ipinguh fl-imghoddi. Lil dawn ma nista' nghidilhom xejn ghajr li l-pajjiz mhux lilhom jehtieg imma lil min, b’serjeta’ u b’dedikazzjoni jahdem u jhabrek biex kemm jista' jkun malajr nohorgu mill-krizi ekonomika li ninsabu fiha. Bla dubju, mod kif ma nohorgux mill-krizi ekonomika jkun dak li noholqu aktar krizi socjali u politika biex innessuha u ma nhallux il-poplu jahseb fiha u jfittex lil min tabilhaqq jista’ jghinu jeghlibha.
www.edwardscicluna.com
1.6.09
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment