www.l-orizzont.com - Is-Sibt 6 ta' Frar 2010
Fl-istorja, li issa ilha għad dejja, dwar iż-żidiet qawwijin fit-tariffi tad-dawl u tal-ilma u li riċentement kienet is-suġġett ta’ laqgħa turbulenti tal-MCESD, ma jistax ma jkunx innotat kemm il-Gvern jibqa’ stinat li jirrifjuta li jid diskuti t-tariffi nfushom anke jekk b’xi forma ta’ kumpens parzjali jipprova jtaffi xi ftit mill-weġgħat ikkawżati mit-tariffi. Huwa ferm diżappuntanti li tara li l-każ li qegħdin iġibu ’l quddiem l-imsieħba soċjali fil-laqgħat tal-MCESD ikun ridott għall-effett detrimentali li dawn iż-żidiet se jkollhom fuq in-negozji u l-impjiegi rispettivament. Dan wieħed jasal biex jif hmu. Madankollu l-MCESD issa nbidel fi speċi ta’ suq fejn l-operaturi jipprovaw jieħdu l-aħjar prezz li jistgħu, mingħand il-Gvern flok jiġġieldu għall-prinċipji ekonomiċi bażiċi li fuq hom irridu nibnu ekonomija effiċjenti u soda għal quddiem. Ma jfissirx li fil-passat l-imsieħba soċjali ma ressqux ’il quddiem argumenti mill-aspetti finanzjarji u ekonomiċi. Imma pożizzjonijiet bħal dawn, kemm mill-unjins tal-ħaddiema kif ukoll mill-għaqdiet ta’ min iħaddem, sabu lill-Gvern adamanti fuq kemm hi korretta l-istrateġija tiegħu fejn jidħlu t-tariffi. Din hi ħasra. Ghax jekk m’aħ niex ċari dwar il-prinċipji ekonomiċi li għandhom jiggwidaw lejn għażla ta’ strateġija korretta fejn jidħlu tariffi għall-utilitajiet pubbliċi, allura se jinħolqu preċedenti ħżiena. L-ekonomija tas-suq (imsejħa micro-econo mics) hija kompletament mibnija fuq kif għandna nħarsu li l-prezzijiet fl-istess suq għandhom ikunu korretti. Jekk le, l-ekonomija ssofri għax titlef ħafna mill-effiċjenza tagħha. Il-prinċipju li fuqu l-Gvern qed jibbaża l-istrateġija tiegħu fejn jidħlu tariffi ma setax ikun preżentat aħjar minn kif pre żen tat f’artiklu li kiteb b’kon vin zjoni riċentement fil-ġurnal The Times l-Avukat Austin Gatt, Ministru għall-Infrastrut tura, Trasport u Komunikazzjoni. Il-Ministru Gatt kiteb li “hemm involut punt ta’ prinċipju li nemmen li huwa fundamentali biex tifhem kif għandu jopera tibdil fit-tariffi. L-ewwel prinċipju huwa li, huma ta’ liema natura huma t-tariffi, dawn għandhom jagħmlu tajjeb għall-ispiża operazzjonali kollha u jipprovdu lill-operatur b’ritorn adekwat fuq l-investiment. Din mhix sem pliċi kwistjoni ta’ regolamentazzjoni tal-Unjoni Ewropea u liġi lokali, imma wkoll kwistjoni li tagħmel sens ekonomiku.” L-ewwel osservazzjoni tiegħi hi li dan l-argument ma fihx xi principju ġdid. Huwa fil-fatt l-argument tipiku li kull operatur monopolistiku jressaq ’il qud diem għall-attenzjoni tar-Re golatur. Huwa ċar daqs il-kristall li l-Ministru qed jiddefendi l-pożizzjoni tal-EneMalta kif għamlu ħafna ministri qablu sa mill-bidu tas-snin 80. Ħafna ministri saru ħaġa waħda mal-monopolji parastatali u korporazzjonijiet li jaqgħu taħthom b’tali mod li ħafna drabi spiċċaw ċermen tagħhom de facto. Mhux ta’ b’xejn li ħafna snin qabel is-sħubija fl-Unjoni Ewropea, madwar 18-il sena ilu, fi studju li għamilt għall-Federazzjoni tal-Industriji (FOI) fuq l-istrutturar tal-ekonomija, insistejt b’qawwa li għandhom jitwaqqfu Regolaturi Nazzjonali biex jieħdu f’idejhom il-prattiċi tal-Ministri biex ma jibqgħux preġudikati. Ejjew neżaminaw id-duttrina l-ġdida tal-Ministru Gatt fir-rigward ta’ ffissar ta’ tariffi. Tista’ timmaġina li tagħmel sens li xi operatur f’suq kompetittiv, hu x’inhu l-ġeneru ta’ negozju tiegħu kemm jekk għas-suq lokali kif ukoll għall-esportazzjoni, jitlob, U, jippretendi li jingħata tariffa li tkun tkopri l-ispiża sħiħa tal-operazzjoni tan-negozju u ritorn adekwat fuq l-investiment tiegħu? Veru jkun joħlom jekk jaħseb li dan jista’ jsir bi dritt! Il-mod ta’ kif fil-verità jaħdem is-suq għandu punt ta’ tluq differenti minn hekk. L-operatur f’suq kompetittiv, iffaċċjat mill-prezz tas-suq, irid, biex isalva, jimmira li jniżżel l-ispiża għal dak li s-suq jiflaħ iġorr, bit-tama li dan iħallilu ritorn diċenti biex ikun jista’ jkompli jaħdem. Għal dan ma tingħata ebda garanzija. La d-di rettiva tal-Unjoni Ewropea, la l-liġi Maltija u lanqas is-sens komun ma jistgħu jiggarantixxu li s-suq kompetittiv se tiġih ħniena minn xi operatur biex iżommu fin-negozju billi jkoprilu l-ispiża operazzjonali b’ritorn adegwat fuqha. Monopolju mhux regolat m’għandux dawn il-limitazzjonijiet tas-suq u jsir theddida għall-effiċjenza ekonomika u għas-soċjetà kollha jekk jitħalla juża l-kriterji tiegħu biex jasal għal prezzijiet monopolistiċi bbażati fuq is-sens egoistiku tiegħu. Huwa hawn li għandu jaġixxi r-Regolatur meta konfrontat b’operatur li, għal raġunijiet varji, m’għandux kompetizzjoni fis-suq tiegħu. Ir-regola hija sempliċi ħafna. Ir-Regolatur għandu jassigura li jistabbilixxi t-tariffi tal-monopolji f’livell li kien is-suq kieku kien jeżisti. Iffaċċjat minn dan il-prezz tar-Regolatur l-operatur monopolistiku, bħall-EneMalta, għandu mbagħad ikun sforzat inaqqas l-ispiża biex jassigura li jkun hemm ‘surplus’ adekwat biex b’hekk ikompli bl-investi ment tiegħu. F’Malta r-Regolatur għadu ma sabx saqajh, bil-konsegwenza li d-deciżjonijiet tal-Kor porazzjoni fejn jidhlu tariffi u investiment huma fid-deskrizzjoni, kif jgħoġbu, il-Ministru tal-ġurnata. Mhux sorpriża li l-korporazzjonijiet pubbliċi tagħna qegħdin jiffaċċjaw problemi kbar finanzjarji u ta’ investiment. Imma min għandu jagħmel tajjeb għad-differenza fid-dħul miġbur mit-tariffa li Regolatur, mgħammar adekwatament u indipendenti, jasal għaliha bħala adekwata, u l-ispiża operazzjonali li tressaq ’il quddiem il-korporazzjoni kawża ta’ ineffiċjenzi maniġerjali, tekniċi u ekonomiċi, passati u preżenti? Mill-ġdid, hawnhekk insibu konfużjoni fil-mod kif jaħseb il-Gvern, għalkemm il-prinċipji mressqin mill-Ministru huma ċari biżżejjed. Għal kemm konvinċenti wkoll, sfortunatament mhux ħielsa milli jinkisru wkoll. Jagħmel tajjeb għal din l-ineffiċjenza ċara huwa dak li jissejjaħ “sussidju”, forma ta’ rigal lill-produtturi privati u konsumaturi. Is-soċjetà fis-sens wiesa’ tagħ ha jkollha tħallas għad-dnubiet ekonomiċi tal-im għoddi. Imma l-piż finanzjarju ghandu jithallas bl-aktar mod newtrali li nistgħu nsibu fis-sistema ta’ tassazzjoni tagħ na, b’mod li l-piż jinqasam. Meta nagħmlu hekk għandna nassiguraw li l-prezzijiet relattivi għal materja prima bħaż-żejt ma jkunx hemm tbagħbis magħhom. Qegħdin f’suq kompetittiv immens fejn jirrigwarda manifattura, turiżmu u servizzi finanzjarji. Traqqigħ tas-sistema tagħna tal-prezzijiet jista’ jsir biss b’detriment għall-oqsma ekonomiċi u soċjali tagħna.
27.2.10
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment